Uċuħ tar-raba’

Il-pajsaġġ agrikolu Malti u Għawdxi hu kkaratterizzat minn irziezet ta’ skala żgħira. Minħabba l-fatt li l-art hija diffiċli biex takkwista jew peress li ġiet maqsuma f’biċċiet tal-art skomodament żgħar fuq medda ta’ diversi ġenerazzjonijiet, l-irziezet tal-gżejjer tagħna huma unikament żgħar. Akkost tal-kobor tagħhom, dawn l-irziezet huma essenzjali biex iżommu l-pajsaġġ tal-gżejjer tagħna rikk, ħadrani, u ppeservat b’mod tajjeb. Il-bdiewa jipproduċu abbundanza varjata ta’ frott u ħxejjex bnini li huma miġbura friski matul l-istaġuni, u b’hekk jipprovdulna ikel nutrittiv. Minkejja x-xogħol essenzjali tagħhom, il-bdiewa jesperjenzaw diversi sfidi u mhux dejjem ikunu appoġġjati, speċjalment mill-politiki importanti li qed ifasslu s-settur tal-ikel u tal-biedja.

Permezz ta’ din l-esebizzjoni organizzata minn Friends of the Earth Malta, aħna rridu nirrakkontaw l-istorja ta’ għaxar bdiewa Maltin li ġew magħżula minħabba l-prattiċi tal-biedja tagħhom li jirrispettaw l-ambjent, u b’hekk niżvelaw xi wħud mill-uċuħ li jsostnu l-prodott Malti. Nistednukom titgħallmu aktar dwar il-bdiewa Maltin u biex tibdew esplorazzjoni tal-passjoni ġenwina tagħhom għall-biedja, li, quddiem l-isfidi varji li jaffaċċjaw, isservihom bħala l-enerġija li żżommhom għaddejja.

Organised by Friends of the Earth Malta
Photography by Darrin Zammit Lupi

Exhibition Curation & Management by Samira Damato
Exhibition Designer Tom Van Malderen
Writer & Interviewer Maria Eileen Fsadni
Structural Build Keit Bonnici
Book & Exhibition Graphic Designer Nadine Rotem-Stibbe

mt_MTMalti