Joe | Manikata Eco-Farm, Mellieha

Joe | Manikata Eco-Farm, Mellieha

“Isma’ lil kulħadd. Ġieli anke tiġieġa żgħira kapaċi turik xi ħaġa.”

Il-motto ta’ Joe jirrifletti l-vjaġġ tiegħu fejn ikkonverta għal biedja organika. Huwa ta’ importanza l-fatt li l-konverżazzjonijiet u l-esperjenzi tiegħu ma’ ibnu, Isaac li issa jimmaniġġja ħafna mir-raba’ u li l-opinjonijiet tiegħu influwenzaw lil Joe, ippermettewlu jilħaq ċertu konklużjonijiet fundamentali dwar il-pestiċidji.

Joe ġej minn familja ta’ bdiewa. Wieħed wara l-ieħor, is-sitt aħwa ta’ Joe mxew lil hinn mill-biedja iżda Joe baqa’ u ddedika ħidmet ħajtu għar-raba’ li kienet inkriet lilu l-ewwel darba min-nannuh fl-1981. Il-bhejjem u l-produzzjoni tal-ħxejjex mhumiex affarijiet ġodda għal Joe, però l-konverżjoni għal razzett kompletament organiku hija. Joe ilu jilgħab bil-kunċett ta’ biedja organika sa mill-1999 u din is-sena timmarka kisba importanti. Sal-aħħar tal-2022, Joe u ibnu qed jittamaw li jkollhom l-ewwel razzett tat-trobbija tal-annimali organiku f’Malta, u kien verament vjaġġ biex jaslu sa dan il-punt.

Bħala negozju tal-familja, Joe tgħallem ħafna mill-familja estiża tiegħu, partikolarment zijuh u nannuh, li kienu meqjusa bħala “eroj” għas-suċċessi tagħhom fil-biedja. Wara li żżewweġ fl-1991, Joe beda jħossu skomdu dwar il-kimiċi fl-ikel li kien iġib id-dar għal martu u t-tfal żgħar tiegħu. Il-frawli kienu fost il-favoriti tat-tfal tiegħu però dak iż-żmien il-frotta kienet imbexxa bil-kimiċi. Wieħed mit-tfal ta’ Joe kien veru persistenti li jrid jiekol frawli mingħajr pestiċidji. Hu kien konċernat dwar l-impatti fuq is-saħħa li dawn il-kimiċi kien ħa jkollhom fuqu u familtu.

Bħala adult li trabba fid-dinja tal-biedja, Joe kien jaħseb li kien jaf kollox li kien hemm tkun taf fuq il-professjoni tiegħu. Però, il-konverżazzjonijiet li Joe beda jkollu ma’ ibnu fetħulu għajnejh fuq il-perikli li huma involuti fl-użu ta’ pestiċidji li jagħmlu l-ħsara. It-tħassib ta’ ibnu għenu lil Joe biex jipprijoritizza l-biedja organika. Dan hu għala jgħid, “Isma’ lil kulħadd. Ġieli anke tiġieġa żgħira kapaċi turik xi ħaġa.”

.

It-tranżizzjoni għal biedja organika kellha l-kumplikazzjonijiet tagħha. Il-Malta Organic Agriculture Movement (MOAM) beda fl-1999 imma l-bdiewa ma kellhomx l-aċċess estensiv tal-internet u l-media li għandhom illum. Kotba fuq prattiċi organiċi kienu skarsi u l-aċċess għalihom kienet kumplikazzjoni fiha nfusha. Din kienet tirrikjedi vjaġġ sal-ambaxxata li ngħata lil Joe wara li kien saqsa dwar ċertu pubblikazzjonijiet. Hu mbagħad kien ġie gwidat għal katalgu qabel ma kellu jagħmel talba sabiex jirċievi l-kotba xhur wara. B’nuqqas ta’ informazzjoni fuq biedja organika, kien proċess pur ta’ trial and error.

Joe rnexxielu jsib xi ftit kotba fuq biedja organika però dawn kienu fuq ħamrija Irlandiża u mhux tal-Mediterran. Din preżentat ostaklu ieħor peress li hemm diskrepanza kbira bejn il-klimi u l-kundizzjonijiet tal-ħamrija Irlandiżi u dawk Maltin. Permezz ta’ riċerka tiegħu u ħafna esperimentazzjoni, Joe rnexxielu jikseb bilanċ perfett. Illum hu juża skart organiku, bħall-ħurrieq, li jaġixxi ta’ pestiċidju naturali u jipproteġġi l-ħxejjex tiegħu.

Illum il-ġurnata t-tifel ta’ Joe qiegħed jieħu ħsieb ir-razzett aktar u aktar. Oriġinarjament hu kien prattika ta’ chef, karriera li tmur id f’id ma’ biedja organika, u dan huwa talent li hu sfrutta l-benefiċċji tiegħu. Hu ġieli ospita ljieli ta’ tisjir fuq l-art tar-razzett bl-użu ta’ ħxejjex organiċi lokali biss. Dawn l-avvenimenti ntlaqgħu ferm tajjeb, bil-mistiedna jgħidu li kienu verament sodisfatti bl-alternattivi għal-laħam. Jista’ jkun li dan isir avveniment frekwenti fil-futur?

Hu rnexxielu jakkwista fondi mill-Young Farmers Fund biex jilqa’ għall-ispejjeż tar-ristrutturar tar-razzett waqt li jakkwista ċertifikazzjoni organika. Madankollu, Joe u ibnu jirċievu verament ftit fondi għal biedja organika. Kien hemm għajnuna biex jagħmlu t-tranżizzjoni inizjali, però issa qed ikollhom iħalsu €540 għaċ-ċertifikazzjoni organika kull sena għal kull kategorija ta’ prodott organiku; jiġifieri, €540 għall-ħxejjex, €540 għall-mogħoż, u €540 għat-tiġieġ. Allavolja ġa ntefqu aktar minn €1,500 fuq ċertifikazzjoni biss, dawn l-ispejjeż mhux qed jaqtgħu qalb Joe u ibnu.

Joe se jkun l-ewwel bidwi organiku tal-ħalib f’Malta. Għal gżira daqstant żgħira, din hija ħaġa diffiċli biex takkwista. Tali razzett għandu bżonn art organika fejn jirgħu l-annimali, post ġewwa, u mbagħad post barra li hu dejjem aċċessibbli għall-mogħoż biex jużaw biex jiċċaqalqu. Barra minn dan, irid ikun hemm kamra tal-banju b’toilet u shower, kamra fejn jaħilbu, u kamra fejn jagħlfu, u bħalissa Joe qed jibni nursery u żona ta’ iżolazzjoni għall-mogħoż li jimirdu. Mhijiex ħaġa sempliċi xejn li wieħed jaqleb għal biedja organika.

Il-pjan għall-ġejjieni ta’ Majjistral Eco-Farm huwa li finalment jakkwistaw ċertifikazzjoni organika għat-trobbija tal-annimali. Għandhom ukoll pjanijiet li jintroduċu xi ftit baqar biex eventwalment jagħmlu ġobon organiku. Akkost tal-fatt li n-nagħaġ jipproduċu aktar ħalib, kienet deċiżjoni konxja għal Joe li jagħżel il-ħalib tal-mogħoż għaliex huwa aktar tajjeb għas-saħħa. Bħal negozjant prim li jifhem il-prodotti tiegħu, Joe ifiehem li trid tikkunsidra min hi l-udjenza tiegħek: f’dan il-każ, dawk li jippreferu prodotti organiċi huma konxji dwar saħħithom.

mt_MTMalti